Dalgħodu fil-Palazz Appostoliku fil-Vatikan il-Papa laqa’ f’udjenza lill-President tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Joachim Gauck, li sussegwentement iltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, akkumpanjat mis-Sotto Segretarju għar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, Mons Ettore Balastrero.
Id-diskussjonijiet enfasizzaw in-natura kordjali tar-relazzjonijiet bilaterali. Ngħatat attenzjoni dwar l-aspett nisrani tal-persuna, kif ukoll l-isfidi li qed tpoġġi l-globalizzazzjoni u s-sekularizzazzjoni tas-soċjeta.
Dan kien segwit minn bdil ta’ opinjonijiet dwar is-sitwazzjoni internazzjonali u l-kriżi ekonomika kurrenti, speċjalment f’relazzjoni mal-konsegwenzi tagħha fl-Ewropa u l-kontribut li l-Knisja Kattolika tista’ toffri.