Meta San Ġorġ Preca kien ispirat minn Alla biex iwaqqaf is-Soċjeta′ tal-M.U.S.E.U.M., huwa kien diġa′ avangardist għal żmienu.  Ried li jkun hemm nies oħra barra s-saċerdoti li jgħinu l-Knisja fil-Missjoni tagħha bħala Għalliema, biex l-Evanġelju ta’ Sidna Ġesu′ Kristu jkun magħruf u maħbub mal-irjieħ kollha tad-Dinja.  Din kienet ix-xewqa tal-qaddis imwaħħda mal-Volonta′ Alla, u dan jidher ċar fl-istess inizjali M.U.S.E.U.M – Magister Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus li tfisser “Mgħallem mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek”.

Kienet xewqa u karba li dehru impossibbli għad-dinja li jseħħu, imma llum nafu li ma kinux.  San Ġorġ Preca kien profeta fost il-poplu, meta ħass il-bżonn li jrawwem lajċi biex huma wkoll ixandru l-Kelma t’Alla.  Irridu napprezzaw il-fatt li dan ħasbu ħafna qabel dak li ħareġ mid-dokumenti tal-Konċilju Vatikan it-Tieni. Il-Knisja kienet għadha m’addottatx dawn il-ħtiġijiet tant imminenti għal Malta u għad-dinja, u allura f’dawn iż-żminijiet kollox kien għadu taħt idejn il-kleru, saħansitra anki l-ktieb tant għażiż għalina lkoll:  Il-Bibbja. Kien propju dan il-qaddis Malti li kien mhux biss pomutur lejn l-ilsien Malti, imma kien hu li ta l-Bibbja f’idejn il-poplu, biex jibda jitgħallem aħjar il-Kelma t’Alla.

Jekk Dun Ġorġ kien avangardist fil-promozzjoni tiegħu lejn il-lajċi, żgur li kien oriġinali u innovattiv meta għażel ħaddiema mit-Tarzna, għallimhom u tahom il-mandat li jkunu katekisti:  nies bieżla minn fost il-popolin, biex il-Kelma t’Alla tasal għand kulħadd bl-aktar modi sempliċi u ċari “kemm għand it-tifel tal-kennies, u kemm għand it-tifel tal-avukat”, kif kien iħobb jgħid hu.  Nies li jitkellmu b’ilsien  il-poplu, iħossu bħall-bqija tar-raħħala u tal-beltin, u jgħixu fid-dinja, imma mhumiex tad-dinja. U dawn setgħu jagħmlu ħafna ġid għax kontinwament kienu jħossu l-polz u x-xewqat ġewwiena  tal-poplu!

Il-qofol ta’ din l-Ispirazzjoni ta’ San Ġorġ Preca, madanakollu tidher l-aktar meta ma waqafx biss fis-Sezzjoni tal-irġiel.  Wara biss 3 snin mit-twaqqif tas-Sezzjoni irġiel, jiġifieri 1907, fl-10 ta’ Jannar tal-1910, San Ġorġ Preca tefa’ għajnejh fuq tfajla ta’ sittax-il sena minn Raħal ġdid, tfajla eżemplari u b’valuri nsara tajba, biex bħala mexxejja qalbiena u bħala l-ewwel Superjura Ġenerali, tibda tmexxi s-sezzjoni tan-nisa.  It-tfajla, Giannina Cutajar, bint familja sewwa u mrawma fl-imħabba u l-biża’ t’Alla, laqgħet it-talba ta’ Dun Ġorġ, u fehmet li wara dan kollu kien hemm l-id t’Alla li kienet għażlet lilha biex tibda din l-avventura fil-M.U.S.E.U.M.: avventura li kellha twassalha biex tara din is-sezzjoni tikber u tipprospera.

Dan kollu kien riskju għal dak iż-żmien. Il-mara kienet għadha  moħbija bejn l-erbat irkejjen ta’ darha, jekk stess taħdem ma titallasx daqs ir-raġel u l-kelma tagħha ma kinitx ta’ daqstant importanza.  Id-drittjiet tagħha ma kinux stmati. Ir-raġel biss kien jaħdem g]all-familja, jipparteċipa fil-ħajja soċjali u kulturali u fuq kollox kellu d-dritt tal-vot.  San Ġorġ Preca ra l-ħtieġa li l-mara tid]ol u tinfiltra fis-Soċjeta′ Maltija ħafna qabel ma l-Gvernijiet ]assew il-ħtieġa li l-mara jagħtuha dak li kien jistħoqqilha.  U allura kien propju 35 sena qabel ma l-mara ngħatat id-dritt tal-vot u sussegwentement ħafna drittijiet oħra li San Ġorġ Preca rrikonoxxa dawn il-jeddijiet u d-dinjita′  tal-mara.

Imma rridu ngħidu wkoll li dan kollu San Ġorġ Preca għamlu fid-dawl tal-Fidi.  M’għamlux biex joħloq pika politika u soċjali bejn is-sessi, jew biex iġib fil-wiċċ din id-deskriminazzjoni li kienet ilha tinħass is-snin, imma g]ax emmen li l-mara kienet fid-dmir u kellha d-dritt tgħallem u titgħallem daqs ir-raġel, għax bħalu hi xbiha t’Alla u  bħar-raġel kienet volonta′ t’Alla għaliha li ssalva ruħha.  U dan ma kienx jgħodd biss fuq livell akkademiku, imma aktar u aktar biex trawwem u tistruwixxi ruħha fid-dinja li hi tgħix fiha biex tkun taf bħar-raġel, tikkumbatti l-isfidi li tiltaqa’ mag]hom.

Minn dakinhar ‘l hawn is-Soċjeta′ tad-Duttrina Nisranija Sezzjoni Nisa, magħrufa aħjar bħala M.U.S.E.U.M. kompliet tikber u tinxtered madwar Malta u Għawdex. Qasmet ukoll il-fliegu biex tikber u tinxtered f’pajjiżi oħra.  Tajjeb insemmu li f’Għawdex kien hemm ukoll nisa qalbiena bħal Rakela Camilleri li bħala Superjura Djoċesana kienet tikkomunika ma’ San Ġorġ Preca permezz tal-ittri min]abba d-distanza li kien hemm, u minnu kienet tieħu l-pariri u l-formazzjoni meħtieġa biex is-Sezzjoni tan-Nisa f’Għawdex titrawwem u tikber fl-Ispirtu li hu ħalla.  Dawn in-nisa qalbiena tal-bidu, ma kellhomx il-mezzi li g]andha l-mara llum, u allura wieħed irid japprezza kemm sagrifiċċji saru biex is-Sezzjoni tan-Nisa hi dik li nafuha llum.

Illum is-Sezzjoni tan-Nisa bħal dik tal-irċiel hi magħmula minn membri li kollha flimkien jikkombinaw armonija kompluta u sabiħa. Bħas-sezzjoni tal-irġiel għandha r-regola li ħarġet mill-qalb u l-pinna ta’ San Ġorġ Preca.  Is-soċji nisa huma membri ta’ kull livell soċjali:  ħaddiema ta’ ħila fix-xogħol tal-idejn, membri li g]andhom xogħol aktar mentali, membri oħra f’kull qasam professjonali u  oħrajn f’karigi ta’ responsabilita′ f’ħafna mill-oqsma tax-xogħol li jeżisti f’pajjiżna. Madanakollu ma teżisti l-ebda differenza bejniethom, kulħadd bżonn xulxin, ħadd mhu aqwa minn ħadd, imma kulħadd jagħti minn dak li għandu, bl-akbar umilta′, żelu u spirtu ta’ `aqda u ferħ li toffri l-kariżma tal-Fundatur San Ġorġ Preca.

Is-Sezzjoni Nisa llum mhux biss tg]allem il-Katekiżmu lil ħafna tfal, tfajliet u żgħażagħ fl-oqsma tagħha, imma tinfiltra fis-Soċjeta′ ċivili biex tgħallem, kemm bil-kelma u aktar bl-eżempju.  Min qatt kien jobsor fil-bidu tas-seklu li jara mara, soċja tal-M.U.S.E.U.M. tipprietka f’xi Sajda Museumina, jew aktar minn hekk fuq l-ambone ta’ knisja, biex hi wkoll tgħaddi l-messaġġ ta’ Sidna Ġesu′ Kristu? Is-Soċjeta′ Maltija u s-Soċjeta′ Museumina għandhom bżonn nisa bħal dawn is-soċji tal-bidu li jgħaddu kelma ta’ ġid u jxandru ‘l Kristu fl-ambjenti fejn jgħixu u jaħdmu. Dan l-ispirtu baqa’ jintiret minn soċja għall-oħra u llum wasal għandna, grazzi għal dawk li għexu b’fedelta′ din is-sejħa, u li għaddewlna l-Ispirtu u r-ruħ tal-Fundatur, avolja aħna ma lħaqniehx ħaj!

G]alhekk f’din l-okkażjoni inħeġġu żgħażagħ tfajliet oħra biex f’dan ic-ċentinarju tas-sezzjoni tagħna jieqfu ftit u ja]sbu dwar ħajjithom u jikkonsidraw il-fatt li  Alla jista’  jkun qed isejħilhom biex huma wkoll bħal Ġiannina u Rakela u ħafna oħrajn jaħdmu f’din l-għalqa għammiela tal-Mulej.

Ad multos Annos Museum!

Artiklu miktub minn Josette Spiteri


Ritratt ta’ San Ġorġ Preca qed jintwera bil-permess ta’ Mark Micallef (www.mostarotunda.com)