“Il-Knisja Kattolika tħares lejn il-moralita, l-ewwel u qabel kollox, bħala żvilupp pożittiv għall-umanita. Fil-forom u l-aspetti kollha tagħha, il-mobilita hi fattur karatteristiku tal-ħajja umana u l-iżvilupp kulturali, li huma inseparabbli mill-iżvilupp tal-ekonomiji adekwati.”
Dan qalu l-Arċisqof Agostino Marchetto, li jirrappreżenta s-Santa sede fl-ewwel konferenza Ministerjali globali dwar is-sigurta fl-ikel, li qed issir f’moska u tintemm għada.
Mons Marchetto kompla jgħid li “mingħajr l-infrastruttura tas-sistema tat-trasport, ħafna nies isibuha bi tqila biex isibu impjieg jew jibbenefikaw minn servizzi bażiċi fil-kuntest soċjali, kulturali u mediku”.
Wara li qal li l-mobilita “tpoħħi sfidi lil individwi u istituzzjonijiet”, il-kelliem żied jafferma li “l-Knisja pruvat tilqa’ għal dawn l-isfidi bil-promozzjoni ta’ kuxjenza mġedda tar-responsabbiltajiet morali fil-qasam tal-mobilita, bħall-osservanza tar-regoli tat-traffiku li huma importanti ferm biex jiġu evitati l-inċidenti u t-traġedji”.