F’diversi taħditiet ma’ nies kattoliċi fis-settur ta’ komunikazzjoni u fit-tmexxija, dis-sena, il-Papa Benedittu XVI appella sabiex fl-isforzi tal-Knisja fil-qasam tal-evanġelizzazzjoni jkunu introdotti teknoloġiji ġodda. Huwa ħeġġeġ ukoll lis-saċerdoti sabiex isibu modi ġodda kif iwettqu l-ministeru saċerdotali tagħhom f’din l-era diġitali. Hekk hi ukoll it-tema tal-44 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni dis-sena, kif ċelebrata fil-biċċa l-kbira tad-djoċesijiet nhar is-16 ta’ Mejju li għadda.
Il-Vatikan mexa ‘l quddiem sew u b’mod mill-iktar aggressive fl-applikazzjoni ta’ għodda diġitali ġodda fi sforz li jilħaq lill-kattoliċi madwar id-dinja kollha. Fost dawn, konkretament hemm siti tal-internet ġodda u l-użu tal-Facebook u Twitter, fost oħrajn. Waħda mill-iktar għodda friski hi Intermirifica.net, sit imniedi riċentament mill-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali – direttorju ta’ stazzjonijiet kattoliċi televiżivi u tar-radju madwar id-dinja. Mons Paul Tighe, Segretarju tal-Kunsill, spjega f’intervista riċenti ma’ Catholic News Service li hu jrid sit il-ġdid li jsir ‘paġni sofor tal-media kattolika’.
WASHINGTON (CNS)