Skont l-Isqof ta’ Għawdex Mons Mario Grech, is-soċjetà ta’ llum qed issofri minn dak li hu sejjaħ ‘vojt’ ta’ awtorità, u dan mil-livell ta’ familja għal-livell ta’ pajjiż. Dan, fil-fehma tiegħu, qed iwassal għal dak li huwa sejjaħ bħala “kważi anarkija fis-soċjetà”. Fl-istess waqt hu kkundanna l-argument li kollox jiddependi mir-rieda tal-maġġoranza li qed twassal għal “reliġjon ċivili” li tiddetta x’inhi l-verità.

Mons Grech sostna dan il-Ħadd li għadda waqt l-omelija li għamel fir-raħal ta’ Sannat fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Margerita.

Hu probabbli ħafna li l-Isqof Grech kien qed jirreferi b’mod indirett għad-diskussjoni riċenti dwar ir-rieda tal-maġġoranza u r-rwol tal-awtoritajiet politiċi fil-pajjiż fil-kuntest tad-dibattitu u l-vot Parlamentari dwar id-divorzju.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com