L-Isqfijiet fis-Sudan wissew li l-vjolenza dejjem tinfirex fis-Sudan, partikolarment fin-nofsinhar tal-pajjiż, qed twassal biex tikber it-theddida ta’ gwerra ċivili, iktar u iktar jekk il-komunita internazzjonali ma tintervjenix. Il-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tas-Sudan, li sservi l-pajjiż u anki n-nofsinhar tal-pajjiż – riċentament iddikjarat Stat ġdid, qalu f’komunikat li tinħass ħtieġa immedjata għal intervent min-naħa tal-komunita internazzjonali. Fil-komunikat intitolat “The Church God wants us to be” – “Il-Knisja li Alla jridna nkunu”, l-Isqfijiet enfasizzaw li l-kunflitt f’Abyei kien militarizzat, bl-armata magħrufa bħala LRA tibqa’ timmilita. L-Isqfijiet temmew jgħidu li huma ma naqsux milli jwissu minn iżjed ostilitajiet jekk l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu ma jintleħqux.