L-Isqof ta’ Kontum ċċelebra l-Ħadd Missjunarju Dinji billi ħabbar li kien hemm 30,000 kattoliku u kattolika ġdida mir-reġjun tul l-aħħar tnax-il xahar. Il-Ħadd, l-Isqof Michael Hoang Duc Oanh irrapporta lil AsiaNews li 20,000 persuna oħra mill-Highlands qed jitħejjew biex jingħaqdu fi ħdan il-Knisja Kattolika.
“Dan hu frott il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu”, qal, “bis-sehem ta’ ħafna nies”.
Din is-sena, il-pajjiż qed jiċċelebra t-350 anniversarju mill-miġja tal-ewwel missjunarji Kattoliċi. Is-saċerdoti Redemptoristi ukoll qed jiċċelebraw din is-sena l-40 sena tal-missjoni tagħhom f’dan ir-reġjun tal-pajjiż.
Il-Vjetnamm għandu mas-6 miljun kattoliku, li jammontaw għal 8% tal-popolazzjoni sħiħa tal-pajjiż.