Fi żmien sena, l-ammont ta’ Kattoliċi madwar id-dinja żdied bi ħmistax-il miljun. Skond ir -rapport annwali tal-Vatikan, fl-2010 kien hawn ftit iktar minn 1,196 miljun persuna kattolika. Dan ifisser żieda ta’ 1.3% fuq is-sena ta’ qabel. Dawn l-aħħar sentejn, l-ammont ta’ Kattoliċi mgħammda madwar id-dinja baqa stabbli, b’perċentaġġ ta’ madwar 17%.
L-ammont ta’ Kattoliċi mqabbla mal-popolazzjoni jvajra skont il-kontinent. Fl-Ewropa, persuni Kattoliċi naqsu b’0.2%.
Naqsu wkoll fl-Amerika t’isfel, filwaqt li żiedu fl-Afrika, u fix-xlokk tal-Asja. Kien hemm żjieda fl-ammont ta’ isqfijiet, fejn fl-Afrika kien hemm sittax-il isqof ġdid, fl-Amerka ħmistax, u fl-Asja tnax. Fl-Ewropa kien hemm tnaqqis ta’ isqof wieħed.
Filwaqt li madwar il-kontinenti kollha kien hemm żjieda fl-ammont ta’ qassisin maħtura ġodda, fl-Ewropa ġew ordinati disa mija u ħames qassis inqas fl-2010 fuq l-2009. L-ammont ta’ nisa dedikati għal ħajja reliġjuża naqsu bi tlieta fil-mija, filwaqt li l-ammont ta’ studenti jistudjaw il-filosofija u t-teoloġija żdied b’4% bejn l-2005 u l-2010.