“It-tħaddim tal-awtorita ċivili għandu jkun eerċitat bl-ikbar dinjita u b’sens qawwi ta’ reponsabbilta”. Dan kien il-kliem li bih il-Papa Benedittu XVIindirizza lill-Prefetti Provinċjali Taljani, akkumpanjati mill-Ministru tal-Intern Roberto Maroni, li lkoll kienu għal udjenza bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkazjoni tal-150 anniversarju tal-unifikazzjoni Taljana.
Fl-indirizz tiegħu, il-Papa enfasizza kif f’pajjiz wieħed jista’ jara it-traċċi li l-fidi nisranija tħalli mmarkati fid-drawwiet tal-poplu, drawwiet li jagħtu lok għal tradizzjonijiet kulturali u reliġjuzi nobbli, kif ukoll wirt artistiku uniku fid-dinja. Illum, il-Knisja Kattolika wkoll qal li “hi prezenza importanti fost il-poplu, partikolarment konxja mill-ħtiġijiet profondi tal-poplu”.
Il-Papa jzid li “konxju mill-fatt li kif qal il-predeċessur tiegħi, ilkoll niddependu minn xulxin, il-Knisja tixtieq tingħaqad ma’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet oħrajn sabiex toħloq pjattaforma ta’ virtujiet morali li fuqha tissejjes koezistenza umana serja”. Izid li “fil-missjoni tagħha, il-Knisja taf li tista’ sserraħ fuq il-kollaborazzjoni effettiva tal-Prefetti li l-funzjoni tagħhom hi propju li jiggarantixxu l-koezjoni soċjali u d-drittijiet ċivili”.
Il-Papa fakkar fil-pozizzjoni tad-Duttrina Soċjali tal-Knisja vis a vis l-amministrazzjoni pubblika. F’dan id-dawl qal li l-irwol tal-Prefetti sar iktar ikkumplikat minħabba l-inċertezza ekonomika u soċjali. Ezortahom biex ma jaqtgħux qalbhom quddiem id-diffikultajiet. Ħeġġiġhom ukoll jimxu fuq l-ezempju tal-padrun tagħhom San Ambroġ bil-għan li ħidmiethom isservi dejjem għall-ġustizzja, għall-paċi, għall-ħelsien u għall-ġid komuni.