Il-Papa Benedittu XVI iffinalizza t-tielet volum ta’ Ġesu ta’ Nażaret, iddedikat għal stejjer mit-tfulija ta’ Ġesu. Stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan spjegat li t-tielet volum, li jikkompleta ż-żewġ volume preċedenti, bħalissa qed jiġi tradott mil-lingwa oriġinali, il-Ġermaniż, għal diversi ilsna oħra, fosthom l-Ingliż.
L-istqarrija żżid tesprimi t-tama li l-ktieb il-ġdid ikun tradott f’bosta lingwi f’kolp. Dan sakemm kien affermat li l-proċess kellu jieħu ż-żmien tiegħu, kif jixraqlu.