Matul is-sena li għaddiet il-Knisja tat kontribut ta’ €546,000 biex tagħti servizz pastorali fit-Tribunal tagħha. L-ispiża tkopri ż-żewġ Tribunali li għandha l-Knisja f’Malta, jiġifieri dak tal-Ewwel Istanza u dak Reġjonali tal-Appell, jew kif jissejjaħ, dak tat-Tieni Istanza.

Fl-istess waqt, dawk li ngħataw servizz mit-Tribunal bejniethom taw kontribut li jlaħħaq il-€103,000, biex b’hekk il-Knisja tkun ħarġet sussidju ta’ ftit aktar minn €443,000 għall-operat tat-Tribunal fl-2010.

Bħas-snin l-imgħoddija, l-akbar spiża tat-Tribunal kienet il-kontribuzzjonijiet li ngħataw lill-professjonisti li jaħdmu fit-Tribunal, fosthom psikologi, psikjatri u membri tal-professjoni legali li jiġu nominati bħala Difensuri Deputati taż-Żwieġ. Kien hemm, imbagħad, is-salarji ta’ dawk li huma impjegati fit-Tribunal, li kienu jlaħħqu kważi kwart ta’ miljun ewro, jew €244,959.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com