Nhar it-Tlieta, 26 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-komunita’ tas-sorijiet Franġiskani fil-Mosta, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa. Dakinhar stess, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Kappella tal-Bidnija u wara ltaqa’ mar-residenti ta’ din iż-żona. Filgħaxija huwa ltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Ġiżwiti li joqogħdu f’Mount Saint Joseph, Tarġa Gap, limiti tal-Mosta.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]