It-Tnejn
1.35 p.m. L-Arċisqof jasal Malta minn Pompei.
6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.
It-Tlieta
9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ l-ambaxxatur Taljan l-E.T. Luigi Marras għal Malta fi żjara ta’ korteżija, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti fil-M.U.S.E.U.M. tas-sezzjoni maskili bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tat-Trinita Mqaddsa fil-Marsa.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil- M.U.S.E.U.M. tas-sezzjoni maskili, fil-Marsa.
6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-Parroċċa fil-parlatorju tal-kunvent, l-Marsa.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Konsli u biex jagħtu l-awguri lil xulxin għas-sena l-ġdida, fil-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Marsa.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu fiċ-Ċentru Parrokkjali, l-Marsa.
Il-Ħamis
9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja, fil-Marsa.
12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani u wara jiekol magħhom, fil-kunvent tagħhom fil-Marsa.
6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal servizz Ekumeniku, fl-iskola St. Patrick’s, tas-Sliema.
Il-Ġimgħa
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-immigranti fiċ-Ċentru Parrokkjali, l-Marsa.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja, fiċ-Ċentru Parrokkjali l-Marsa.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Marsa.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan, il-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-kopji fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta li żżewġu, matul l-2012.
Il-Ħadd
7.30 a.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Kappella ta’ Albert Town u wara jiltaqa’ man-nies, fil-Marsa.
9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Marsa.
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Marsa.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Marsa.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tas-sitt anniversarju tal-Episkopat tiegħu, l-Belt Valletta.