It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.
4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu ċ-Ċentru tal-Katekizmu tas- Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tat-Trinita’ Qaddisa fil-Marsa.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kommunita’ tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, l-Marsa.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fiċ-Ċentru Parrokkjali, l-Marsa.
It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn il-membri tal-Fakulta u l-istaff tas-Seminarju Maġġuri fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.
5.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal programm Live fuq Radju RTK, l-Blata l-Bajda.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-ewwel Laqgħa Distrettwali għas-saċerdoti, fis-Sala Parrokkjali tas-Swatar.
3.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi t-tieni Laqgħa Distrettwali għas-saċerdoti, fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Imtarfa.
Ħamis
3.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi t-tielet Laqgħa Distrettwali għas-saċerdoti, fid-Djar tal-Irtiri Mount St. Joseph, f’Tarġa Gap, il-Mosta.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-għaqda Ħbieb Kappelli Maltin, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.
Ġimgħa
8.00 a.m. L-Arċisqof jżur l-istudenti tal-Iskola Primarja u Sekondarja tas-Seminarju Minuri, f’Tal-Virtù, ir-Rabat.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-ġurnalisti organizzata mill-ġurnal Leħen is-Sewwa fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Franġisk de Sales, fl-Istitut Kattoliku, l-Furjana.
Is-Sibt
11.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa għall-Mexxejja Ekumeniċi f’Malta, fil-Kurja.
5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi t-Translazzjoni u l-Vespri fl-okkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina.
Il-Ħadd
9.00 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fil-Kolleġjata ta’ San Pawl, il-Belt, fl-okkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.