L-eks butler tal-Papa Benedittu Sittax ammetta fit-tribunal tal-Vatikan li seraq u xerred informazzjoni kunfidenzjali. Paolo Gabriele, ta’ 46 sena, huwa missier ta’ tlett itfal, u kien ilu jaqdi lill-Papa għal snin twal. Minkejja li fit-tribunal tal-Vatikan huwa mar liebes ħwejjeġ eleganti, it-tensjoni kienet tidher fl-aġir tiegħu.
Paolo Gabriele kellu aċċess għall-kmamar kollha tal-Papa. Jekk Gabriele jinstab ħati, jista’ jeħel sentenza ta’ erba’ snin ħabs. It-tekniku tal-kompjuters Claudio Sciarpelletti ser jidher quddiem it-tribunal fi smiegħ separat. Hu jinsab akkużat li għen fl-atti kiriminali ta’ Gabriele.