Fis-sitta tal-lejla, fi ftuħ dan ir-Randan, jibdew l-eżerċizzi spiritwali tal-Kurja ta’ Ruma fil-kappella Redemptoris Mater, fil-Palazz Appostoliku fil-Vatikan. Jieħu sehem fihom huwa l-Papa Benedittu XVI. L-eżerċizzi mistennija jintemmu s-Sibt li ġej, 23 ta’ Frar. Il-meditazzjonijiet marulhom, din is-sena huma mħejjija mill-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, il-Kardinal Gianfranco Ravasi.
Matul l-irtir, l-udjenzi tal-Papa jkunu bħas-soltu kollha kemm huma sospiżi, inkluż l-udjenza ġenerali tal-Erbgħa.