l-pjaga tat-traffikar tal-bnedmin u t-tensjoni kontinwa fil-Lvant Nofsani kienu l-fokus ta’ tħassib li l-Papa Franġisku wera’ fid-diskussjonijiet mal-President tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, is-Serb Vuk Jeremić.
Jeremić aktar tard iltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat il-Kardinal Tarcisio Bertone u Segretarju għar-Relazzjonijiet mal-Istati. l-Arċisqof Dominiq Mamberti.
Fir-rigward tal-kriżi ekonomika globali attwali, sar riferiment għar-rwol li l-Assemblea Ġenerali tal-GM tista’ tassumi fil-programmi għall-aġenda ta’ żvilupp sostenibbli wara l-2015, li jirrispetta l-ambjent u fl-istess ħin tkun tista’ tnaqqas id-diskrepanza bejn l-għonja u foqra.
Il-laqgħa ngħad li kkonfermat l-apprezzament tas-Santa Sede għall-irwol ċentrali tal-Organizzazzjoni fit-tfittxija għall-ġid komuni tal-umanità.