-
Jiem Soċjali
-
Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja f’Malta ser torganizza l-ewwel edizzjoni tal-‘Jiem Soċjali’, b’seminars pubbliċi li ser isiru bejn il-Ħamis, 20 ta’ Frar u s-Sibt 22 ta’ Frar 2014.Dan hu mument importanti fil-ħajja tal-Knisja li fih issir riflessjoni dwar il-qasam soċjali, l-aktar dawk is-sitwazzjonijiet li joħolqu nġustizzji għal tant persuni madwar id-dinja.Il-Kummissjoni ħasbet għall-programm varjat ta’ diskussjonijiet pubbliċi ta’ interess għal kulħadd. L-attivitajiet jibdew nhar il-Ħamis, 20 ta’ Frar fis-Sala Grande, Palazzo Depiro, l-Imdina, fejn ser jiltaqgħu l-mexxejja politiċi ta’ pajjiżna sabiex jirriflettu dwar il-ġustizzja soċjali fi żmienna u kif twassal għal dinja aktar ġusta. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jagħlaq dan is-seminar pubbliku bir-riflessjoni tiegħu.Il-Ġimgħa, 21 ta’ Frar fiċ-Ċentru Kristu Ragħaj ġewwa s-seminarju tal-Arċisqof tal-Virtù, ser isir it-tieni seminar pubbliku. F’dan is-seminar ser tiġi diskussa tema importanti dwar ‘Il-ġustizzja soċjali u s-servizz pubbliku’. Il-kelliema ser ikunu r-Rev. Prof. George Grima, espert fit-tagħlim soċjali tal-knisja u l-Prof. Godfrey Pirotta, espert fil-Public Policy. Dan is-seminar sr jibda fis-6:00 p.m.L-aħħar attività hija seminar pubbliku ieħor fiċ-Ċentru Kristu Ragħaj ġewwa s-seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, is-Sibt 22 ta’ Frar bejn id-8:45 ta’ filgħodu u n-12:30 p.m. Fl-ewwel parti ta’ dan is-semnar ser tiġi trattata s-sitwazzjoni tal-faqar fuq livel dinji. Il-kelliema huma Victor Scheffers, segretarju ġenerali tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Olanda u William Grech, Chairperson ta’ SKOP, il-pjattaforma Maltija tal-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja. Victor Scheffers ser jitkellem dwar il-Millenium Development Goals, dawk il-miri maqbula fil-Ġnus Magħquda fil-bidu tal-millenju l-ġdid li kellhom jiġġieldu l-faqar. William Grech ser jitkellem dwar l-għajnuna li toffri l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-faqar.Fit-tieni part ta’ dan is-seminar, ser tingħata ħarsa lejn dak li qed tagħmel il-Knisja f’Malta fix-xogħol tagħha mal-immigranti u r-refuġjati permezz tal-Kummissjoni Emigranti u l-Caritas. Il-kelliema ser ikunu Dun Alfred Vella, Chairperson tal-Kummissjoni Emigranti u Mons. Victor Grech, Direttur tal-Caritas.
Agħfas hawn biex tniżżel il-programm.