-
-
Huma ħafna dawk li matul is-sajf jieqfu minn xogħolhom għall-ħin ta’ mistrieħ, kif inhu xieraq u anke meħtieġ. Minbarra dawk li jsiefru, hemm min iqatta’ xi żmien qrib il-baħar u forsi jgħaddi aktar ħin mal-familja. F’dawn il-ġranet faċilment ninqatgħu mill-parroċċa tagħna u, għajr għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa, ninsew li hemm xi quddiesa fil-viċin. Għal dawk li jixtiequ jsibu quddiesa qrib tagħhom, jew isibu ċans iqattgħu ftit ħin quddiem Ġesù Ewkaristija f’waħda mill-kappelli ta’ adorazzjoni li hawn mifruxa madwar Malta, l-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja nieda verżjoni ġdida tal-mobile phone application ‘Malta Mass’. Din l-app tista’ titniżżel b’xejn mill-App Store u mill-Play Store.
Fil-jiem ta’ mistrieħ, ejjew ma ninsewx il-kliem ta’ Ġesù, “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin u jiena nserraħkom” (Mt 11,28) – il-veru mistrieħ f’ħajjitna jinsab fiH.