• Il-Ħamis 15 ta’ Jannar, il-kappillani kollha ta’ Malta u Għawdex, flimkien mal-Isqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech, ikkonkludew live-in li matulu ddiskutew il-Quddiesa tal-Ħadd u l-bini tal-komunità Nisranija. Dan il-live-in annwali beda nhar it-Tlieta 13 ta’ Jannar 2015, fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù. Ir-ritratti juru s-sehem ta’ familja, żgħażagħ u tfal, li qassmu l-esperjenza tagħhom mal-kappillani dwar il-Quddiesa tal-Ħadd. Il-live ta’ din is-sena ġie organizzat mill-Kunsill tal-Kulleġġ tal-Kappillani ta’ Malta u dak ta Għawdex.  

  • Ritratti: Photocity, Valletta
    www.photocitymalta.com