-
-
Iċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja se jorganizza seminar ta’ formazzjoni nhar it-23 u l-24 t’Ottubru fis-Seminarju r-Rabat. Dan is-seminar mhux residenzjali jismu ‘Jimpurtani’ u huma maħsub biex iħarreġ mexxejja ta’ gruppi fit-tagħrif u l-prattika neċessarja biex jużaw manwal li għadu kemm ippubblika ċ-Ċentru jismu ‘X’Jimpurtani’ . Dan il-manwal bil-Malti fih għaxar laqgħat dwar l-impatt tal-medja, il-fair trade, il-faqar, l-immigrazzjoni, il-politika, l-ambjent, ix-xogħol u l-gwerra. Dan il-manwal huwa bbażat fuq il-Prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja imma jista’ jiġi addattat għall-gruppi kollha. L-għan ewlieni hu li jgħin liż-żgħażagħ jikbru f’ċittadini responsabbli u b’kuxjenza soċjali.
Dawn l-għaxar laqgħat joffru mezzi ta’ kif tanima laqgħat interessanti u interattivi għaż-żgħażagħ permezz ta’ eżerċizzi, vidjos, mużika, preżentazzjonijiet u mumenti ta’ talb. Dawn l-esperjenzi jgħinu liż-żgħażagħ jidħlu fi vjaġġ fejn jiskopru, jirriflettu u jiddiskutu r-realtajiet varji fis-soċjeta’ tagħna u jagħmlu xi ħaġa dwarhom kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell ta’ grupp.
Dan il-proġett kien ko-ffinanzjat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) u s-seminar qed jiġi ffinanzjat mill-MCVS SIS-VO fund. Għall-aktar applikazzjonijiet u aktar informazzjoni dwar il-manwal u s-seminar ara www.xjimpurtani.jesuit.org.mt jew ikteb direttament lil [email protected].