F’maratona li Caritas Malta organizzat matul il-jum tal-bieraħ bit-tema ‘Jimpurtani’ laħqet is-somma ta’ €224,495.
Il-ġbir ta’ fondi jmur b’risq il-persuni għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli f’ħajjithom, fosthom dawk li qed ibatu bil-vizzju tad-droga.
Mill-istudjos ta’ Fondazzjoni U f’Ħal Luqa, il-maratona damet madwar 12-il siegħa mill-11am sal-11pm, li matulhom il-poplu Malti u Għawdxi kien imħeġġeġ biex iċempel u jagħti d-donazzjoni tiegħu.
L-Arċisqof Charles Scicluna żar il-maratona u appella biex inkunu l-vuċi ta’ mħabba lejn dawk għandhom bżonn l-għajnuna tagħna.
“Jiena nagħmel appell biex din il-vuċi ta’ mħabba tkun il-vuċi ta’ kull wieħed u waħda minna”, tenna l-Arċisqof.
Il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Fr Martin Micallef u l-Kummissarju għall-Volontarjat Jesmond Saliba żaru l-maratona biex jappoġġjawha.
Sors: Newsbook Malta