Is-Santa Sede se terġa’ tipparteċipa fiċ-ċelebrazzjoni tal-Jiem ta’ Wirt Ewropew, inizjattiva tal-Kunsill tal-Ewropa, li fih jieħdu sehem iktar minn 50 pajjiż Ewropew. Iċ-ċelebrazzjonijiet dis-sena se jsiru l-Ħadd 26 ta’ Settembru u għandhom it-tema: “European Heritage for Inter-cultural Dialogue”  jew “Wirt Ewopew għal Djalogu Inter-Kulturali”.

Komunikat pubbliku spjega li jikkollaboraw flimkien għal din l-attivita huma l-Kummissjoni Pontifiċja għall-Patrimonju Kulturali tal-Knisja, il-Mużewijiet tal-Vatikan u l-Kummissjoni Pontifiċja għall-Arkeoloġija Sagra.

Il-viżitaturi nhar is-26 ta’ Settembru se jkunu jistgħu jidħlu fil-mużewijiet tal-Vatikan bla ħlas. Dħul fil-katekombi kollha ta’ Ruma li soltu jkunu miftuħa għall-pubbliku, ċioe San Callisto, Domitilla, Priscilla, St. Agnes u St. Sebastian, ukoll se jkunu bla ħlas.

Dakinhar ukoll se tkun inawgurata wirja fotografika fil-katekombi ta’ San Callisto. Il-wirja intitolata “L-oriġini tal-katekombi ta’ San Callisto: arti u storja” se tibqa’ miftuħa sal-għada t-Tnejn 27 ta’ Settembru.

VATICAN CITY, 10 SEP 2010 (VIS)