Wara li l-Papa Benedittu XVI temm iż-żjara statali tiegħu r-Renju Unit, diġa qed jippjana l-vjaġġ pastorali li jmiss… din id-darba lejn Palermo l-Italja. Komunikat tal-Vatikan ħareġ bid-dettalji tal-vjaġġ tal-Papa skedat għat-3 t’Ottubru fl-okkażjoni tal-laqgħa reġjonali tal-familji u ż-żgħażagħ.
Il-Papa se jkun qed jippresiedi quddiesa fl-apert fl-10.30am fil-Foro Italico Umberto I u wara jmexxi r-reċita tal-Angelus. Il-Papa, fil-5pm jiltaqa’ mas-saċerdoti, reliġjużi u seminaristi fil-katidral ta’ Palermo. Wara, jindirizza ż-żgħażagħ miġbura fi Piazza Politeama, imsemmija għat-Teatru Politeama Garibaldi, mibni bejn l-1867 u l-1874. Il-Papa jagħlaq iż-żjara fl-ajruport Punta Raisi fejn minn hemm imur lura Ruma.
F’konferenza tal-aħbarijiet mogħtija riċentament, l-Arċisqof Paolo Romeo ta’ Palermo qal li “rridu nagħtu lill-Papa u lill-kumplament tad-dinja l-veru realta ta’ Sqallija, li mhix biss ‘ħmieġ’, ‘mafia’ u problemi soċjali, imma hi minsuġa fi storja important ibis-sehem ta’ qaddisin”.
Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien għamel żjara simili fl-1982 u fl-1995.
Din tkun ir-raba’ żjara pastorali ta’ Benedittu XVI fl-Italja din is-sena. Dawn kienu f’Turin, Mejju li għadda, Sulmona, f’Lulju u f’Carpineto Romano f’Settembru.