F’Għawdex se jkun qed isir ir-Rit tat-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf li se jitmexxa mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma.

Dan ir-rit se jsir nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju fis-6.30pm fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu.

Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim qed jistiednu lil dawk il-koppji u familji li qed jistennew tarbija għal din il-quddiesa. Wara r-Rit, se jkun hemm mument flimkien fuq iz-zuntier tas-Santwarju.

Kull min jixtieq iktar informazzjoni jew jixtieq jattendi jista’ jagħmel kuntatt fuq 7939 2670.

Sors: Newsbook Malta