-
Jum il-Karità 2014
-
‘Għin lil ħaddieħor igħix aħjar’
-
Nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2014, il-Knisja f’Malta ser tiċċelebra Jum il-Karità. Il-motto li ntagħżel għal din is-sena hu ‘Għin lil Ħaddieħor Igħix Aħjar’ (R. Follerau).
Mill-offerti li ser jingħataw waqt il-quddies fi tmiem din il-ġimgħa, ser jibbenefikaw id-Djar tat-tfal, id-Djar tal-anzjani, Dar Pirotta, Id-Dar tal-Providenza, is-Segretarjat Emigranti Taqsima Refuġjati, is-Segretarjat Assistenza Soċjali u l-Caritas Malta.Bil-kooperazzjoni tal-Kulleġġ tal-Kappillani u tar-Retturi tal-Knejjes tar-Reliġjużi u Filjali, ser jitqassmu qofof li jitpoġġew fil-knejjes biex fihom jitqegħdu oġġetti tal-ikel. Matul is-sena dawn l-offerti jkunu ta’ għajnuna kbira għat-tfal u għall-adolexxenti li fit-tfulija tagħhom ikunu sabu ruħhom f’diffikultajiet serji.Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru fil-parroċċi permezz tal-Kappillani, jew billi wieħed jibgħat SMS vojt fuq 50618921 u jikkontribwixxi €7, jew billi jżur wieħed mill-fergħat tal-Banek APS, BOV u HSBC, u jagħmel l-għotja tiegħu fil-kontijiet bankarji kif ġej:APS 105 43110022
BOV 400 10162286HSBC 033 157108050