Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Persuni b’Diżabilita` li taħbat il-Ġimgħa, 3 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fl-MFCC, Ta’ Qali. Għal din il-Quddiesa li saret il-Ħamis, 2 ta’ Diċembru 2010, attendew il-persuni b’diżabilta` li jattendu ċ-ċentri ta’ matul il-jum.
“Grazzi ngħid lilkom” – dan qalu l-Arċisqof lil dawk preżenti fid-diskors ta’ ftuħ. Huwa inkoraġġixxa lill-persuni b’diżabilita’ li minkejja kollox xorta jistgħu jgħixu ħajja mimlija. Dan l-atteġjament attiv kien sew evidenti fl-esibizzjoni li ttellgħu, fejn bosta xogħolijiet maħduma minn persuni b’diżabilita’ ġew esposti.
Matul l-omelija, l-Arċisqof tenna li hekk kif il-ġurnata li tfakkar il-persuni b’diżabilita’ hija daqs tant qrib tal-Milied, l-istess Kristu huwa qrib tagħna. Il-qari, kant u tmexxija tal-attivitajiet kienet kollha f’idejn il-membri taċ-ċentri.
Madwar 550 persuna b’diżabilita’ jiffurmaw parti minn dawn iċ-ċentri li kull ma jmur qed igawdu minn bosta popolarita’.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]