Ħadd il-Palm, 17 t’April 2011 – Jum iż-Żgħażagħ kien imfakkar mid-Djoċesi ġewwa l-Parroċċa ta’ San Ġwann. Iċ-ċelebrazzjoni kienet immexxija minn Arċisqof Pawlu Cremona O.P. li bierek il-weraq tal-Palm qabel ma ż-żgħażagħ mxew f’purċissjoni mill-kappella ta’ Santa Margerita sal-Knisja Parrokkjali Madonna ta’ Lourdes.
Il-komunità ta’ San Ġwann laqgħet liż-żgħażagħ fil-knisja fejn ġiet iċċelebrata quddiesa flimkien mal-Arċisqof. Fl-aħħar tal-quddiesa, imbagħad, tqassmu tifkiriet lil dawk miġbura.
Jum iż-Żgħażagħ kien iċċelebrat bis-sehem ta’ diversi għaqdiet ta’ żgħażagħ u kkoordinat mill-grupp taż-żgħażagħ tal-parroċċa, Axon, flimkien mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]