-
-
Il-poplu tal-gżejjer tagħna minn dejjem kien u għadu favur il-ħajja mill-bidu nett sat-tmiem naturali.
Waqt li l-membri parlamentari tagħna qed jiddiskutu l-hekk imsejjaħ ‘Att li jipproteġi l-Embrijuni’, l-Aid to the Church in Need tħoss li, f’din iċ-ċirkustanza, jeħtieġ li nirriflettu aktar flimkien bħal aħwa Maltin, iżda fuq kollox irridu nitolbu l-għajnuna ta’ Alla sabiex idawwal il-qlub u l-imħuħ ta’ kull min hu responsabbli għal dan l-Att.
Għaldaqstant, għada l-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju, ser jiġi organizzat jum ta’ talb u sawm skont din l-intenzjoni.
Dawk kollha ta’ rieda tajba, huma mħeġġa biex f’dan il-Jum jieħdu sehem bil-mod tagħhom biex il-membri parlamentari jsibu soluzzjoni ġusta u li tirrispetta l-ħajja u d-dinjità tal-Embrijuni. Il-valur ewlieni tal-bniedem hija d-dinjità tiegħu.
L-Aid to the Church in Need (Malta) qed torganizza Siegħa Adorazzjoni skont din l-intenzjoni. Din ser issir wkoll għada l-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju 2018, fil-knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan, bejn it-3:30pm u l-4:30pm.