Il-kalendarju t’attivitajiet ta’ KDŻ huwa mfassal biex jakkumpanja liż-żgħażagħ u l-komunitajiet tagħhom matul is-sena. Hekk kif bdejna sena ġdida, l-kalendarju issa jkopri x-xhur bejn Jannar u Ġunju. Joħroġ ċar li dan jagħti attenzjoni speċjali lil attivitajiet fomattivi u kollaborattivi.

L-ewwel fażi tal-kalendarju, li kienet bejn Ottubru u Diċembru 2011, ħejjiet it-triq għax-xhur li jmiss. Fost l-aktar avvenimenti li ġew milqugħa tajjeb hemm is-serje Between The Lines, li se titkompla matul ix-xhur li ġejjin. Avvenimenti mistennija oħra huma l-Assemblea Generali annwali u l-Konkors Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Il-kalendarju jinstab fuq i-sit tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ u jista’ jitniżżel direttament minn http://bit.ly/kdzevents.