PROGRAMM TA’ KURA PREVENTIVA

Għal darb’oħra matul dan l-Avvent, ir-Radju tal-Knisja RTK qed jorganizza l-Kampanja Familji fil-Bżonn. Wieħed mill-benefiċarji huwa l-Uffiċċju Ċentrali EJJEW GĦANDI (Djar tat-Tfal) li, fost il-ħidmiet tiegħu, imexxi l-programm ta’ kura preventiva.

Dan l-Uffiċċju fi ħdan il-Knisja f’Malta jemmen li t-tfal kull fejn huwa possibbli posthom hu fi ħdan il-familja. Għaldaqstant l-ewwel ħidma li ssir ma’ l-applikant li jkun qed jitlob li tingħata kura residenzjali lil uliedu, hija li tinvestiga l-possibiltà li t-tfal jiġu offruti għajnuna fil-familja u hekk ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ kura residenzjali.

Dan is-servizz 17-il sena ilu kien jissejjaħ After Care meta tfal li kienu għaddew xi żmien mhux ħażin f’ambjent residenzjali kienu jiġu rijabilitati lura d-dar. Mat-tluq tagħhom kienu jiġu offruti l-possibilta’ ta’ għajnuna fid-dar taghhom; dan kien isir biex titnaqqas il-probabilità li l-familja terġa’ taqa’ għall-istess bżonn li wasslitha biex it-tfal ikollhom il-ħtieġa ta’ kura residenzjali.

Dan is-servizz kienet tipprovdih is-Social Worker flimkien ma’ wieħed mis-Senior Officers ta’ l-uffiċċju centrali ‘EJJEW GHANDI’. Il-ħidma ta’ dan is-servizz kienet tinkludi counselling, budgeting u għajnuna konkreta bħal ikel, etc.skond il-ħtieġa.

Illum din il-kura preventiva tiġi offruta lill-ġenituri li jaċċettaw li jikkooperaw fil-¬programm ta’ terapija. Naturalment dan ikun imfassal skond il-ħtieġa tal-kas li jista’ jinkludi: parental skills, counselling, tmexxija bil-għaqal tal-introjtu tal-familja, tisjir, etc.

Tingħata għajnuna bħal ikel, mediċini, ħwejjeġ, għamara etc. Dan isir biex kemm jista’ jkun it-tfal ma jkollhomx il-ħtieġa li jirċievu din l-għajnuna f’Dar tat-Tfal. Flus ma jinghatawx.

Allura fid-djar residenzjali u fiċ-ċentri ta’ matul il-jum tal-Knisja jidħlu biss dawk it-tfal li verament għandhom bżonn urġenti ta’ protezzjoni u, jekk jista’ jkun, għall-iqsar żmien possibbli.

Meta jiġi offrut dan il-programm ta’ kura preventiva ?

L-uffiċċju jiġi preżentat b’każijiet fejn ġenituri jsibu ruħhom f’diffikultajiet kbar, bħal per eżempju : ġenituri li sfaw romol, b’numru ta’ tfal żgħar x’jieħdu ħsieb, ġenituri oħrajn li jisfaw waħedhom b’ħafna diffikultajiet minħabba separazzjoni minn mal-partner, oħrajn żwieġhom il-ħabs, mard kroniku ta’ ġenituri, u diffikultajiet oħrajn li jirrendu lill-ġenituri bit-tfal żgħar inkapaċi li jkampaw waħedhom mingħajr għajnuna konkreta.

II-każ jiġi nvestigat sew u dawk il-ġenituri li jaċċettaw dan is-servizz jiġifieri l-programm preventiv iridu jieħdu sehem attiv u b’mod konsistenti fil-kura tat-tfal taghhom. Il-ġenituri ikollhom ħafna xoghol x’jagħmlu biex ikunu jistgħu jibbenifikaw.

Il-ħaddiema soċjali flimkien ma’ volontieri mħarrġin mill-uffiċċju jaħdmu flimkien mal-ġenituri biex il-familja partikulari li tkun fil-programm tiffunzjona b’mod normali kemm jista’ jkun.

Il-ġenituri mill-bidu jifhmu li jingħataw l-għajnuna tanġibbli bħal ikel, ħwejjeġ, etc. biss meta jikkooperaw mal-programm. Il-haddiema soċjali, flimkien mal-assistenti li jkunu qed jgħinuhom, jagħmlu budget skond id-dħul li jkollha l-familja. Dan jinkludi kollox: il-paga, benefiċċji soċjali, children’s allowance. etc. Il-ġenituri mill-bidu jifhmu li hija responsabbiltà tagħhom li jitħallsu il-kontijiet tad-dawl, telefon, kera u xi dejn li jkunu għamlu. Biex isir dan, fil-bidu l-għajnuna li tingħata rigward ikel għall-familji tkun sostanzjali mhux ħażin. Dan isir biex il-ġenituri jitgħallmu ma jħallux kontijiet pendenti.

Is-saħħa tal-familja

II-ġenituri jridu jipprovdu lit-tfal ikel sustanzjuż u ppreżentat tajjeb u li jieklu f’ħinijiet normali, jibagħtu lit-tfal l-iskola ndaf u b’lunch magħmul mid-dar, jiġifieri xi sandwiches etc. mhux pakketti ta’ snacks. Id-dar trid tinżamm nadifa u fl-ordni. Ġieli nipprovdulhom għamara u għalhekk ikollna ħtieġa tal-flus biex jitħallas il-ġarr.

Edukazzioni

Il-ġenituri jiġu nkoraġġuti li jgħinu lil uliedhom biex iħarsu lejn l-iskola, u l-homework għall-ġid tagħhom, fejn it-tfal għandhom bżonn xi għajnuna speċjali bħal xi privat dan jiġi pprovdut. Il-haddiema soċjali tara li qed isir progress mit-tfal.

Rikreazzioni

Il-ġenituri jitgħallmu li m’hemmx bżonn ta’ ħafna nfiq ta’ flus biex tagħti rikreazzjoni lit-tfal. It-tfal jiġu pprovduti b’indoor games, skont it-talenti tagħhom. Il-ġenituri jiġu nkoraġġuti jieħdu tfal picnics u passiġġati. It-tfal jiġu wkoll inkoraġġuti biex jieħdu sehem f’attivitajiet fil-parroċċa bħal MUSEUM, Scouts, Abbatini, Kor Parrokkjali, Sports etċ.

Il-ħaddiema soċjali tal-familja flimkien mal-assistenti volontieri jaraw li l-ġenituri qegħdin jagħmlu dmirhom skond il-kapaċita’ tagħhom u fejn jinħtieġu għajnuna biex jitgħallmu xi tip ta’ domestic skills, parenting skills u jgħinuhom jilħqu dan il-għan. F’xi każi il-ġenitur ukoll jagħmel xi xogħol bi qliegħ barra mid-dar. Dan ikun possibbli fejn it-tfal ikunu kollha l-iskola u l-ġenitur jiflaħ/tiflaħ tagħmel dan kemm fiżikament u kemm psikoloġikament.

Kif tistghu terġgħu tgħinu din is-sena f’dil-KAMPANJA FAMILJI FIL-BŻONN 2010?

BILLI MILL-1 TA’ DIĊEMBRU 2010

1) Taslu wasla sal-uffiċċju tar-RADJU RTK, fi Blata l- Bajda, fejn għal kull għotja tingħata irċevuta;

2)Permezz tal-Bank Accounts:

HSBC A/C 033157108050

BOV A/C 400 10162286

APS A/C 105 43110022

LOMBARD A/C 14 4015892

3)Permezz tat-Telefon:

50049353 € 7.00

50049355 €12.00

50049350 €23.00


Dawn ikunu miftuhin bejn it-Tnejn, 30(Mill-4 ta’ Dicembru sal-Hadd, 26 ta’ Dicembru

2010)

4) Permezz ta’ SMS 506 189 21

5)Billi, jekk trid, tibghat id-donazzjoni tieghek f’dan l-indirizz:

ID-DIRETTUR,

UFFICCJU CENTRALI ‘EJJEW GHANDI’,

65, OLD MINT STREET,

FLORIANA.


Ghal kull ghotja tintbaghat ricevuta.

Grazzi bil-quddiem.

Alla jhobb lil min jaghti bil-ferh.

Mons.Victor Zammit McKeon

Direttur

<!–[if !mso]> <! st1:*{behavior:url(#ieooui) } –>

Kif tistghu tergghu tghinu din is-sena f’dil-KAMPANJA FAMILJI FIL-BZONN 2009?

BILLI MILL-1 TA’ DICEMBRU 2010

1) Taslu wasla sal-ufficcju tar-RADJU RTK, fi Blata l- Bajda, fejn għal kull għotja tingħata irċevuta;

awn ikunu miftuhin bejn it-Tnejn, 30(Mill-4 ta’ Dicembru sal-Hadd, 26 ta’ Dicembru

2010)

4)