L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Malcolm Agius bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Luċija.
Dun Malcolm Agius twieled l-Imsida fit-18 ta’ Diċembru, 1981. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Santa Eliżabetta tas-Sliema, Dun Ġuzepp Żammit Brighella Junior Lyceum, Ħamrun u Giovanni Curmi Higher Secondary, Naxxar. Kompla l-istudji terzarji fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.
Dun Malcolm ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju, 2008. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet dik ta’ viċi-arċipriet fil-parroċċa ta’ Bormla, fejn ilu jservi għal kważi erba’ snin.
Il-parroċċa ta’ Santa Luċija tiġbor madwar 3,400 persuna f’madwar 1,040 familja.