-
-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil P. Maurice Abela O.Carm. bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Venera.
Patri Maurice Abela O.Carm twieled fl-10 ta’ Diċembru 1971. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli, Tal-Ħandaq, Ħal Qormi. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u rċieva l-Formazzjoni Karmelitana fil-Kunvent tal-Balluta.
Patri Maurice għamel in-novizzjat fil-Kunvent tal-Imdina u fis-7 ta’ Settembru 1991 għamel il-Professjoni Sempliċi fl-Ordni Karmelitan. Il-Professjoni Solenni għamilha fit-3 ta’ Jannar 1995 u ġie ordnat saċerdot fis-26 ta’ Ġunju 1998. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-komunitajiet Karmelitani ta’ Fleur-de-Lys, il-Belt Valletta, u l-Balluta fejn inħatar kappillan fl-2006.
Il-Parroċċa ta’ Santa Venera tiġbor fiha madwar 9,000 persuna f’2,400 familja.
-
-