L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Joseph Cilia bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Birgu.
Dun Joseph Cilia twieled il-Pieta fit-30 ta’ Diċembru, 1971. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Mosta, fl-iskola Sekondarja tan-Naxxar, ta’ Raħal Ġdid u ta’ San Mikiel, St Venera. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija u ta’ l-Arti (Filosofija u Teoloġija).
Dun Jospeh ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Awissu, 2001. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ l-Imġarr għal perijodu ta’ sena, u wara fil-parroċċa ta’ Ħal-Qormi, San Sebastjan, bħala viċi-parroku għal perijodu ta’ tlett snin. Għal dawn l-aħħar ħames snin Dun Joseph kien kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Safi. Bħala parti mill-ħidma pastorali tiegħu kien ukoll direttur spiritwali fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq, Ħal Qormi.
Il-parroċċa tal-Birgu, tiġbor fiha madwar 2,958 persuna miġbura f’madwar 1,000 familja.