-
-
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Mario Mifsud bħala kappillan tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun.
Dun Mario Mifsud twieled fis-17 ta’ Mejju 1963 u trabba l-Ħamrun. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fil-Ħamrun u dik sekondarja fil-Lyceum u fis-Seminarju tal-Arċisqof. Kompla l-istudji terzjarji fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa bħala accountant fl-1988. Fl-istess sena, daħal is-Seminarju Maġġuri u kompla l-istudji fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università.
Dun Mario ġie ordnat saċerdot fis-16 ta’ Settembru 1994. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Fl-1996 ġie maħtur kappillan tal-parroċċa Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid, fejn serva għal seba’ snin. Fl-2003 inħatar kappillan tal-parroċċa tal-Qrendi.
Il-parroċċa tal-Ħamrun (Immakulata Kunċizzjoni) tiġbor fiha madwar 4,000 persuna f’iktar minn 1,500 familja.