Bible

“Ir-relattiviżmu tal-Bibbja li jiċħad il-valur tal-Kelma t’Alla, jikkostitwixxi kriżi ġenwina li għall-Knisja hi kemm interna kif ukoll esterna.” Dan qalu l-Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, il-Kardinal Marc Ouellet f’indirizz fi ftuħ Kungress dwar ‘L-Iskrittura Mqaddsa fil-Knisja’. Il-Kardinal Ouellet serva f’irwol importanti fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Kelma t’Alla fl-2008.

Il-Kungress , fi tmiemu l-Erbgħa, laqqa’ mat-800 persuna f’Madrid fi Spanja. Il-Kardinal żied li “fl-aħħar sekli, kriżi profonda heżżet il-pedamenti tal-kultura tal-Ewropa”. Kompla jfisser li ż-żmien tal-lum, bil-kultura mħaddma, qiegħed ixejjen l-importanza tal-għeruq insara tal-Ewropa. Bħal donnu f’isem is-sekularizzazzjoni, il-Bibbja għandha tiġi relativizzata f’ġieħ il-pluraliżmu reliġjuż, biex ftit ftit tkun mxejna għal kollox m ill-importanza tagħha.

Il-kardinal kompla li “il-kriżi ippenetrat ukoll l-aspett intern tal-Knisja”. Dan qal li hu dovut għal modi differenti ta’ kif qed isiru l-eseġesi tal-Bibbja, sfortunatament billi jeliminaw ukoll ċertu ġrajjiet importanti, billi jżidu l-element teoretiku u jiżirgħu iktar dubju u konfużjoni.

Il-Kardinal Oullet itemm jgħid lid an id-dubju jipiċċa jwassal għal mistoqsijiet li jiżirgħu iżjed dubju. “Hi l-Iskrittura Mqaddsa iktar minn kelma umana? Mhux minnu li r-riżultati tal-istorja xejntifika jinvalidaw x-xiehda bibblika u allura l-kredibilita tal-Knisja? Kif nistgħu nkomplu nemmnu?