Riċentament, kattoliċi fl-Ingilterra u Wales, iċċelebraw il-jum annwali ddedikat għall-ħajja. Permezz ta’ ġbir f’dan il-jum, il-Knisja setgħet tgħaddi donazzjonijiet sostanzjali affavur inizjattivi li jiffavorixxu l-ħajja.
Fl-aħħar sentejn, l-Isqfijiet responsabbli minn dan il-jum ddedikat għall-ħajja, Mons Bernard Longley u Mons Peter Smith, qassmu mas-764,000 dollaru Amerikan. Dawn id-donazzjonijiet miġbura mill-ġbir fil-quddies tal-aħħar Ħadd ta’ Lulju kull sena, imorru għal għotjiet li jintrebħu għal inizjattivi favur il-ħajja appoġjati mill-Knisja.
Fost oħrajn, is-servizz ta’ psikoterapika lil nisa tqal, u counselling lil irġiel, nisa, u koppji li jiffaċċjaw il-kriżi li ġġib magħha tqala mhix mistennija, telf tal-wild fit-tqala, jew saħansitra infertilita, ngħata 15,282 dollaru Amerikan. Ħaddiema f’din l-organizzazzjoni f’Londra esprimew sens ta’ gratitudni għal dawn l-għotjiet, u qalu li minn meta kien stabbilit il-fond f’Settembru 2008, l-organizzazzjoni kienet diġa kuntatjata minn 1893 klijent.
Iċ-ċentru ta’ counselling jistrieħ fuq is-servizz ta’ 14-il terapista li jagħtu mill-ħin tagħhom u b’xejn. Hekk l-għotja ta’ flus tmur direttament għall-ispejjeż operattivi u kera tal-uffiċċji fiċ-ċentru ta’ Londra.
LONDON, (Zenit.org)