-
-
L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
2 ta’ Settembru 2017
“Xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha imbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?” (Mt 16, 26). Din id-domanda li għamel Ġesù nistgħu nifhmuha u ngħixuha fuq diversi livelli. Ħafna drabi, l-ewwel interpretazzjoni li tingħatalha hi li t-telfien tal-ħajja huwa dak li jwassal għat-telfien ta’ dejjem. Imma aħna nafu li kemm il-ġenna u kemm l-infern nibdewhom minn hawnhekk.
Meta aħna ngħixu fil-paċi ma’ Alla u bejnietna, fil-paċi ma’ Alla u mal-ħolqien tiegħu, diġà qegħdin ingawdu l-frott ta’ dinja ġdida. Alla jgħammar fil-qalb tagħna u fil-ħajja tal-grazzja li hija l-imħabba b’xejn lil min iberikna, aħna nsiru santwarju tal-preżenza tiegħu u ngħixu l-ħajja li se tkun id-destin tagħna fl-eternità. Meta ningħalqu fina nfusna u nsiru skjavi tad-dnub u lsiera ta’ Satana, l-infern nibdew ngħixuh minn hawnhekk u nsiru ta’ dieqa mhux biss għalina imma għal ta’ madwarna u anke għall-ħoqlien ta’ madwarna. “Xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha mbagħad jitlef ħajtu?”.
Meta ningħalqu fina nfusna u nsiru skjavi tad-dnub u lsiera ta’ Satana, l-infern nibdew ngħixuh minn hawnhekk…
Fil-messaġġ li l-Papa Franġisku u l-Patrijarka Bartilmew ħabbru l-bieraħ lid-dinja f’messaġġ qasir ta’ sitt mitt kelma, huma taw għarfien ċkejken fuq wieħed mill-aspetti li qiegħed imarrad l-iżjed id-dinja u li qed joħloq kriżi fl-ambjent. U din ġabbruha fil-kelma ‘regħba’, din ir-regħba li hija l-għatx li tikseb id-dinja kollha.
Id-domanda ta’ Ġesù hija domanda attwali għall-bniedem tallum: X’ikun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha, jew inkella jekk ħajtu tkun maħkuma mir-regħba li jikseb id-dinja kollha, imbagħad jitlef ħajtu? U b’xi mod, meta aħna nitkellmu dwar il-kwalità tal-ħajja, qegħdin nagħmlu l-istess mistoqsija, u Ġesù bid-domanda tiegħu qed jagħtina wkoll ir-risposta. The quality of life is not about possessing things but about enjoying things. U allura jiena nikseb ħajti mhux daqskemm għandi ir-regħba għall-affarijiet imma jekk ikolli il-qalb sempliċi li narahom, niggustahom, nirringrazzja lill-Mulej tagħhom u nħallihom jgħixu.
Kemm attività tal-bniedem f’isem in-namur u f’isem l-isports u f’isem il-progress, teqred il-ħolqien b’kapriċċ bla rażan. U l-bniedem, waqt li mingħalih qed jikseb, qiegħed jitlef. Tikseb imma titlef ħajtek. U din hija stedina għas-sobrijetà vera, is-sobrijetà tad-dixxiplu li jrid jimxi wara Ġesù u jaf li jrid jiċħad l-egoiżmu tiegħu, lilu nnifsu, li jrid jerfa’ salibu, ir-responsabbiltajiet tiegħu, u li jħalli lil Ġesù jagħtih id-direzzjoni.
F’din il-ġurnata, it-tieni waħda minn dan l-Istaġun tal-Ħolqien, the Season of Creation, aħna rridu nitolbu li aħna u nimpenjaw ruħna favur il-ħolqien u l-ambjent maħluq minn Alla, aħna jkollna l-għerf tad-dixxiplu li jaf irażżan lilu nnifsu u allura jiċħad ir-regħba li tipprova taħkmu, jerfa’ s-salib tar-responsabbiltà, u jħalli lil Alla, li huwa ħallieq u ħellies, jiggwidah.
Fl-Ewwel Qari, il-profeta Ġeremija jilmenta għax iħoss il-piż tal-missjoni tiegħu bħala profeta, igerger mal-Mulej li ma kienx qed jippretendi din il-kritika ħarxa. “Sirt id-daħka ta’ kuljum, kulħadd jiddieħak bija…. Il-kelma tal-Mulej saret għalija tagħjir u tmaqdir kuljum” (Ġer 20, 7-8). Min ikun fuq is-social media jifhem eżatt x’inhu jgħid Ġeremija. U kemm odju kontra l-kelma ta’ Ġesu jvenven fuq il-web. Imma aħna għandna nar li ma nistgħux inżommuh magħluq ġo fina. “Iżda f’qalbi hemm bħal nar jaqbad magħuq f’għadmi. Għejjejt inżommu magħluq ġo fija, ma niflaħx aktar għalih” (v. 9). Dan huwa n-nar ukoll li Ġesù jsemmi meta jgħid: “hemm nar u kemm nixtieq li diġà qabad”. In-nar tad-dixxiplu li jrid iħabbar il-kelma tal-Mulej u jaf li hemm prezz li jrid iħallas.
Min ikun fuq is-social media jifhem eżatt x’inhu jgħid Ġeremija. U kemm odju kontra l-kelma ta’ Ġesu jvenven fuq il-web.
I would like to greet our English–speaking guests tonight as we celebrate the beginning of the Season of Creation. The word of God talks about the cost of discipleship, and Jesus asks us, his disciples, to have the courage to renounce to our narcissistic temptations, the courage to carry the responsibilities which can easily become a cross, and also the courage and the humility to let him lead us, as he tells Peter: “Peter go in line, I am the leader. You are being of an impediment to me. I need to lead and you need to follow” (cf Mt 16, 23).
As we realise that we are in debt with the Creator for such wonderful creation, we also thank God for people who create beauty, whether it’s in music, whether it’s in films, whether it’s in art, whether it’s in drama, we have to be grateful for people who have been given this great mission to be also creators and co-workers with the creator in making the beauty of the universe come into so many peoples’ lives.
As we realise that we are in debt with the Creator for such wonderful creation, we also thank God for people who create beauty…
We pray today that great fire which Jeremiah mentions in the First Reading, enkindle also our hearts, that fire which is ready to consume us, but which is also ready to become a word of courage and solace to so many populations. And at the end today we pray for victims of floods, whether it’s in in the United States of America, whether it’s in Bangladesh, and we pray that whoever is responsible to lead nations into a life style which is more sober and more compassionate and more responsible, may be given the wisdom which they need in order to be true co-workers with the Creator.
✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
-
-
Filmat/Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja – Ian Noel Pace