L-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa ħabbar li fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, nhar is-Sibt 20 ta’ Novembru filgħodu, Benedittu XVI se jżomm Konċistorju Ordinarju Pubbliku biex eventwalment jitħabbru erbgħa u għoxrin Kardinal ġdid.
Il-Ħadd 21 ta’ Novembru, fil-Bażilika San Pietru wkoll, fid-9.30am Solennita ta’ Kristu Sultan, il-Papa se jippresiedi quddiesa kon-ċelebrata mal-Kardinali l-ġodda. Matul iċ-ċelebrazzjoni, jaħtarhom Kardinali.
Inħareġ ukoll mill-Vatikan il-programm għaż-żjajjar ta’ koretsija lill-Kardinali l-ġodda skedati bejn l-4.30 u s-6.30pm nhar is-Sibt.
Awla Pawlu VI: Atrium: Kardinali Jose Manuel Estepa Llaurens, Kazimierz Nycz, Raul Eduardo Vela Chiriboga, Laurent Monsengwo Pasinya, Antonios Naguib, Raymundo Damasceno.
Awla: Kardinali Paolo Romeo, Domenico Bartolucci, Elio Sgreccia, Donald William Wuerl, Reinhard Marx, Medardo Joseph Mazombwe, Albert Malcolm Ranjith Patabendige Don.
Palazzo della Canonica: Kardinal Walter Brandmuller.
Palazz Appostoliku: Sala Regia: Kardinali Gianfranco Ravasi, Angelo Amato.
Awla tal-Barkiet: Kardinali Robert Sarah, Francesco Monterisi, Fortunato Baldelli, Kurt Koch, Velasio De Paolis, Paolo Sardi.
Sala Ducale: Kardinali Mauro Piacenza, Raymond Leo Burke.