“Liema huma l-fruntieri tas-solidarjetà fl-Ewropa?”
Il-Konferenza Ewrpea tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi tal-Knisja Kattolika (Justice and Peace Europe) organiżżat l-laqgħa ġenerali annwali u l-workhop internazzjonali bit-tema: “Liema huma l-fruntieri tas-solidarjetà fl-Ewropa?” fil-belt Spanjola ta’ Sevilja.
It-tema tas-solidarjetà tieħu sinifikat partikulari f’kuntest ta’ dinja aktar globaliżżata. F’Sevilja d-delegati kellhom l-opportunità jag]rblu l-isfidi tas-solidarjetà – dawk politi`i, so`jali, kulturali u ekonomi`i kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali. L-esperjenzi li qasmu flimkien id-delegati reġgħu fakkru fir-responsabiltajiet tagħna – kemm bħala individwi, kemm bħala Ewropej u kif ukoll bħala Knisja – sabiex nieħdu azzjoni u nindirizaw dawn l-isfidi u nneħħu x-xkiel li jfixklu s-solidarjetà.
Wieħed minn dawn l-isfidi huwa li nirċievu l-migranti fostna, insibu xogħol dinjituż għal min hu qiegħed – speċjalment iż-żgħażagħ, u bħala komunitajiet ninfetħu għal min hu barrani.
Dan jimplika li hemm bżonn niġġieldu l-esklużjoni soċjali u l-bini ta’ ħitan li jħallu ‘l bogħod kemm jista’ jkun minna lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna.
Iż-żjarat fil-belt Spanjola ta’ Cueta fuq il-kosta tal-Marokk u f’diversi għaqdiet mhux governattivi f’Sevilja urew li l-problemi għal dawk il-persuni li fis-soċjetà tagħna jesperjenzaw il-faqar, il-qagħad u l-esklużjoni huma ħafna u kumplessi u jeħtieġu soluzjonijiet kemm temporanji, kif ukoll aktar fit-tul.
Din tinkludi rikonoxximent li aħna ma nistgħux inżommu ‘l bogħod mill-problemi politiċi, soċjali u ekonomiċi tal-pajjiż tal-Afrika u l-Asja. Permez ta’ din l-esperjenza stajna nifhmu aktar li s-solidarjetà vera u effettiva, bid-dimensjonijiet etiċi u spiritwali, għandha bżonn l-impenn personali ta’ kull min hu involut. Għalhekk is-solidarjetà tgħinna ndawwru dawk l-oġġetti tal-firda f’pontijiet ta’ ħbiberija fejn nistgħu niltaqgħu bħal aħwa.
Għal aktar tagħrif, ikkuntatja lil: Roderick Agius
Segretarju Ġenerali Kummissjoni Ġustizzja u Paċi Malta