• Il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru u l-għada s-Sibt,  id-Dipartiment tat-Teoloġija Fundamentali u Dommatika flimkien mal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, se jorganizzaw konferenza internazzjonali mifruxa fuq jumejn, bit-titlu hu ‘The Spirit of Reformation: 500 years On’.

     
    Il-konferenza se tesplora l-isond storiku, il-kwistjonijiet teoloġiċi u l-impatt pastorali li ħalliet ir-Riforma ta’ Luteru, 500 sena wara li daħlet fis-seħħ. 
     

    Il-Ġimgħa, il-konferenza tibda fis-6pm b’introduzzjoni mir-Rettur tal-Università ta’ Malta, Prof. Alfred Vella u mid-Dekan tat-Teoloġija, Dun Emmanuel Agius.

    B’kollox se jkun hemm 16-il kelliema, li huma: Dominic Fenech, Ute Gause mir-Ruhr-Universitat Bochum, Dun Paul Sciberras, Beate Bengard mill-Università ta’ Basel, Piotr Roszak u Damian Dorocki t-tnejn min-Nicholaus Copernicus University, Anne Kull mill-Università ta’ Tartu fl-Estonja, Dun Hector Scerri, Dun Rene Camilleri, Dun Charlo Camilleri, Dun Olen Kindiy u Roman Zaviyykyy, it-tnejn mill-Università Kattolika tal-Ukrajna, Pauline Dimech u Dun George Grima.

    Il-konferenza ser issir gil-binja tal-ICT fl-Unviersità ta’ Malta. Il-pubbliku hu mistieden jattendi u jirreġistra billi jċempel fuq 23402767, b’imejl fuq [email protected] jew minn fuq https://ghstmalta.org/project/spirit-reformation-500-years/

    Idħol f’din il-link biex tara l-programm tal-konferenza: 

    Il-programm tal-konferenza hu aċċessibbli onlajn.