Konferenza sponsorjata mill-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi qed tirrifletti fuq it-tagħlim soċjali tal-Knisja, speċjalment fil-kuntest tal-inġustizzji u l-globalizzazzjoni tad-dinja tal-lum. Fir-rigward tar-riżultati mistennija mill-Kungress, l-Isqof Mario Toso, segretarju tad-dekasteru, spjega li “nisperaw li jkun hemm kuxjenza ġdida dwar l-importanza tal-mobilizzazzjoni tal-komunitajiet ekkleżjali u assoċjazzjonijiet lajċi varji fir-rigward tal-problemi dinjija”.
Il-Kungress Internazzjonalita’ tliet ijiem bit-tema “Ġustizzja u Globalizzazzjoni: Minn ‘Mater et Magistra’ għal ‘Caritas in Veritate’” qed isir f’Ruma.
Il-Kungress qed ifakkar il-50 anniversarju tal-Enċiklika ‘Mater et Magistra’ bil-għan li jkunu offruti soluzzjonijiet għal problemi soċjali, b’approfondament tal-istudju u t-tixrid tat-tagħlim tal-Knisja.
Il-kelliema jinkludu lill-Preisdent tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi,il-Kardinal Peter Turkson.