• Kunċert b’riżq id-Dar tal-Providenza

  • It-Tlieta ta’ Diċembru 2013 il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta bis-sehem tal-Coro Bel Canto u s-sopran Rosabelle Bianchi se jtellgħu kunċert fil-Katidral tal-Imdina b’riżq id-Dar tal-Providenza. Fl-attivita, taħt il-patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta Dr George Abela u l-E.T. Mons Arċisqof Pawlu Cremona O.P., jingħata l-premju Mons Mikiel Azzoppardi.

    Għal iktar dettalji u bookings tista’ tinbat email fuq [email protected]