Dan huwa l-vers mill-Bibbja li l-Papa għażel din is-sena biex iż-żgħażagħ jirriflettu fuqu u hija ukoll it-tema li ntgħażlet għall-World Youth Day Concert (Kunċert Jum iż-Żgħażagħ) ta’ din is-sena. Dan huwa kunċert b’differenza, festa ta’ mużika live imtellgħa miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ, fejn aħna lkoll ningħaqdu flimkien f’ċelebrazzjoni Kattolika ta’ ferħ, fidi u mużika.
Il-kunċert jinvolvi numru ta’ bands lokali li ngħataw l-opportunità li jesprimu t-talent tagħhom b’lirika oriġinali u b’tema Kristjana. Il-kanzunetta rebbieħa tieħu t-titlu tal-Kanzunetta tas-Sena għat-tema ta’ Jum iż-Żgħażagħ. Il-kunċert qiegħed isir bi preparazzjoni għall-World Youth Day (Jum Dinji taż-Żgħażagħ), li s-sena d-dieħla se jsir f’Rio de Janeiro, il-Brażil.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com