Il-Kunċert annwali li l-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel b’risq id-Dar tal-Providenza se jsir fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina, il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru fit-8pm. Il-kunċert se jkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Dr George Vella li se jippreżenta wkoll il-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2019 lir-rebbieħ li jitħabbar waqt is-serata.
Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast WO1 Twanny Borg bis-sehem tas-sopran Celine Abela u l-Lbdr. George Zammit. Se jindaqqu xogħlijiet ta’ Handel, von Weber, Rodrigo, Albinoni, De Haan, Reineke u Rutter kif ukoll tal-kompożituri Maltin Carmel Callus u Ray Sciberras u arranġamenti mużikali tal-Kaptan Jonathan Borg.
Biljetti bla ħlas jistgħu jinkisbu permezz ta’ [email protected] jew 21462844 sa mhux iktar tard mit-28 ta’ Novembru.