It-Trio DESTE se jingħaqad biex jagħti kunċert mużikali għal kawża ġusta. Kull min se jattendi se jkollu ċ-ċans japprezza għażla mill-isbaħ ta’ ‘musica da camera’, f’teatru tassew uniku.

It-trio hu magħmul minn Stephanie Quintano (pjanu), Stefan Calleja (vjolin) u Desiree Calleja (cello).

Dan il-kunċert hu organizzat biex jinġabru fondi għall-kawża tal-beatifikazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani, koppja li għexet ħajja ta’ fidi, servizz u mħabba lejn Alla u l-proxxmu. Hekk kif il-proċess tal-beatifikazzjoni issa għadda f’idejn Ruma, dan l-avveniment jagħti l-opportunità lill-pubbliku biex jappoġġja din il-kawża spiritwali.

Il-kunċert se jsir fl-20 ta’ Ġunju 2025 fis-7:30pm fit-Teatru Salesjan f’Tas-Sliema.

Il-biljetti jinxtraw minn hawn.