Cappella Sanctae Catharinae jirritorna għall-kunċert annwali tal-Milied Gaudete! Din is-sena il-kunċert ser ikun iddedikat lill-mużika tal-Milied mill-Italja.

Il-programm ser jinkludi taħlita ta’ polifonija skwiżita Barokka minn kompożituri bħal Giovanni Belli u Pomponio Nenna. Ser ikun hemm ukoll għanjiet tradizzjonali tal-Milied mhux daqshekk magħrufa minn reġjuni differenti tal-Italja fosthom Sqallija, Napli u l-Veneto.

Dan il-kunċert ser jittella’ tlett darbiet madwar Malta. L-ewwel kunċert ser isir fil-knisja parrokjali ta’ Santa Katerina ġewwa ż-Żurrieq nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru fis-19:30.

L-għada, is-Sibt 21 ta’ Diċembru fis-19:30, il-kor ser ikun qiegħed ikanta ġewwa l-Katidral tal-Imdina. Dan il-kunċert qiegħed jittella’ taħt il-patroċinju tad-Delegat tal-Arċisqof għall-Kultura.

Cappella Sanctae Catharinae ser tkun qed iżżomm it-tradizzjoni annwali tagħha permezz ta’ kunċert il-Ħadd 22 ta’ Diċembru l-11:00 ta’ filgħodu. Din id-darba il-kunċert ser iseħħ fil-Knisja tal-Madonna tal-Abbandunati, Palazzo Buleben, Ħaż-Żebbuġ. Dan il-kunċert qed iseħħ grazzi għall-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Il-kunċerti kollha huma b’xejn iżda donazzjonijiet huma apprezzati.