Il-Kurja tal-Arċisqof ingħatat il-Marka tal-Ugwaljanza mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE).
Il-Marka tal-Ugwaljanza ngħatat lill-Kurja tal-Arċisqof għall-impenn tagħha li timplimenta politiki u prattiċi marbuta mal-ugwaljanza bejn is-sessi u miżuri favur il-familja kemm bħala entità li timpjega kif ukoll bħala fornitur ta’ servizzi.
Is-Sur Michael Pace Ross qal li l-Kurja tal-Arċisqof għandha l-għan li tippromwovi kultura ta’ appoġġ u inklussività għall-impjegati kollha tagħha, stakeholders, il-persuni li jużaw is-servizzi offruti minnha, u l-pubbliku ġenerali.
Iċ-ċertifikat ġie ppreżentat mill-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, l-Onor. Dr Edward Zammit Lewis, u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza, l-Onor. is-Sinjura Rosianne Cutajar lis-Sur Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, fil-Berġa ta’ Aragona fil-Belt Valletta.