-
-
L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (IFP) għalaq għaxar snin nhar it-8 ta’ Lulju li għadda. Biex jitfakkar dan l-anniversarju b’radd ta’ ħajr lil Alla, kien organizzat mument ta’ talb fil-kumpless ta’ Sant’ Agata, ir-Rabat, nhar il-Ġimgha 21 ta’ Awwissu. Għalih kienu preżenti l-membri ta’ Bord – kemm dawk preżenti, kif ukoll li taw sehem fil-passat. Ġew mistiedna wkoll dawk li qed jaħdmu bħalissa fuq xi proġett tal-Bord.
Matul dawn l-għaxar snin, ‘l fuq minn elf ruħ attendew xi wieħed mil-korsijiet tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. L-Istitut offra korsijiet f’aktar minn 18-il qasam differenti, minn spiritwalità għall-impenn soċjali u politiku, minn youth ministry għal Christian Leadership, mill-missjoloġija għal family ministry, minn business leadership għall-evanġelizazzjoni f’era diġitali.
Il-Bord tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali jirringrazzja lil Alla ta’ dan kollu, filwaqt li jġedded l-impenn tiegħu biex ikompli din il-ħidma b’tama kbira.
Għandna ssir ċelebrazzjoni oħra simili għall koordinaturi tal-korsijiet differenti u għal dawk li jikkollaboraw mal-IFP.