Nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 23 adolexxent mill-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys.
Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru l-Isqof amministra wkoll is-Sagrament tal-Griżma lil 26 adolexxent fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il-Kalkara; kif ukoll fil-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan, lil 28 adolexxent.